Manor Marussia ħabbar il-ħsieb tiegħu li jieħu sehem fil-GP tal-Awstralja fil-15 ta’ Marzu u kkonferma lil Will Stevens bħala l-ewwel sewwieq tiegħu.
It-tim, li tilef l-aħħar tliet tiġrijiet l-istaġun li għadda u deher li kien xolja minħabba falliment jidher li dan ix-xahar kien salvat minn Company Voluntary Arrangement u għalkemm ma kellux l-approvazzjoni unanima li jrid biex jidħol lura, xorta kompla bil-pjani tiegħu.
Sadanittant Fernando Alonso għadda t-tielet lejl fl-isptar wara inċident li kellu l-Ħadd fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja. Hu nstab li kellu conussion dakinhar li ddaħħal l-isptar u ma jiftakar xejn mill-inċident għalkemm minn eżamijiet li sarulu kollox jirriżulta normali.
Għalkemm il-McLaren għadhom jinsistu li kien ir-riħ li wassal biex Alonso ħabat mal-ħajt, il-fatt li nżamm l-isptar għal dan il-perjodu kollu qed iqajjem bosta mistoqsijiet.
Intqal li Alonso se jitħalla jmur id-dar tiegħu f’Oviedo biex ikompli jirkupra u dan ifisser li mhux se jieħu sehem fl-aħħar testijiet li se jsiru din il-ġimgħa.
Jekk dan hu minnu, allura Alonso mhux se jkun għamel aktar minn 117-il daera bil-McLaren il-ġdida qabel l-ewwel tiġrija fil-Grand Prix ta’ Melbourne. Madankollu dawn huma biżżejjed għal sewwieq ta’ esperjenza bħalu.
//= $special ?>