Internazzjonali

Mat-3,000 ġellied mal-ISIS mill-UE

Skont Alessandro Pansa, il-Kap tal-Pulizija Taljana, hemm madwar 3,000 persuna li marru jiġġieldu mal-ISIS mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Ħafna minnhom irritornaw lejn l-Ewropa.
Hu qal li minn dak li hu magħruf, fl-Italja hemm madwar 60 u ħamsa minnhom għandhom nazzjonalità Taljana biss.
Pansa qal dan waqt laqgħa mal-Kummissjoni tal-Parlament Taljan għall-Ġustizzja u d-Difiża.
Hu qal li r-riskju tat-terroriżmu għall-Italja hu ferm akbar milli kien fil-passat peress li din id-darba z-zona tal-gwerra hi eqreb kif ukoll minħabba r-rabtiet li hemm ma’ dawk involuti.
Hu żied li filwaqt li s’issa ma kienx hemm informazzjoni li kienu daħlu terroristi mal-immigranti illegali, il-Pulizija Taljana kienet saħħet il-kontrolli peress li wieħed ma seta’ jeskludi xejn.