L-Isqof Charles Scicluna mistenni jkun is-suċċessur ta’ Mons. Pawlu Cremona bħala l-Kap tal-Knisja Kattolika f’Malta. Isem Mons. Scicluna ilu jissemma’ biex ikun l-Arċisqof ta’ Malta wara li serva wkoll għal numru ta’ snin bħala Promotur tal-Ġustizzja fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.
Sorsi qed jgħidu li isem Mons. Charles Scicluna bħala l-Kap tal-Knisja f’Malta mistenni jitħabbar sal-aħħar tal-ġimgħa. F’każijiet bħal dawn, tkun in-Nunzjatura Appostolika li tħabbar l-isem tal-Arċisqof il-ġdid permezz ta’ komunikat jew konferenza tal-aħbarijiet.
Mons Scicluna, li għandu 55 sena, kien ikkonsagrat Isqof fl-24 ta’ Novembru 2012.
Fuq Twitter, kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, kif ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat awguraw lill-Isqof Scicluna.
//= $special ?>