F’Memphis fl-Istati Uniti, raġel ta’ 28 sena sawwat lit-tfajla tiegħu ta’ 92 sena.
Bint il-vittma li toqgħod bieb ma’ bieb mal-vitma, semgħet lil ommha tokrob u tgħajjat, u għalhekk ċemplet lill-pulizija.
Meta waslu l-Pulizija, il-vitma qaltilhom li hi u l-għarus tagħha kellhom xi jgħidu għaliex ma riditx tieħu xi mediċini. Il-vitma sostniet
li l-għarus tagħha qabadha min għonqa u waddabha mal-art b’konsegwenza li weġġgħet idejha.