F’Għawdex għaddejja tfittxija għal mara Ċiniża ta’ 27 sena li llum nġarret mill-mewġ fil-bajja tad-Dwejra. Jidher li ż-żagħżugħa kienet ma’ ħabiba tagħha meta nġibdet mill-mewġ tal-baħar qawwi. Il-ħabiba tagħha ddaħħlet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex issofri minn xokk qawwi.
F’każ ieħor li wkoll seħħ fid-Dwejra, raġel Ungeriż ta’ 37 sena wkoll kellu jiddaħħal l-isptar t’Għawdex wara li wkoll inġibed fil-baħar mill-mewġ qawwi proprju fl-istess post fejn inġibdet iċ-Ċiniża li għadha rappurtata nieqsa. Iż-żewġ każi seħħew għall-ħabta tas-2pm. Fil-post marru membri tal-Korp tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili waqt li bdiet tfittxija mill-Forzi Armati ta’ Malta.
//= $special ?>