Eks infermier fil-Ġermanja li ammetta li uża ‘l-ammonti letali tal-mediċina’ biex joqtol ‘il fuq minn 30 pazjent spiċċa kkundannat il-ħabs għal għomru mill-qorti distrettwali ta’ Oldenburg.
L-imputat, identifikat biss bħala ‘Niels H’, instab ħati dwar żewġ każi ta’ omiċidju kif ukoll għal attentat ta’ qtil. Dan wara li hu, il-ġimgħa l-oħra, talab skuża lill-qraba tal-vittmi waqt li informa lill-qorti li kien aġixxa ‘b’mod impulsiv’.
Il-pazjenti kienu nqatlu fil-klinik ta’ Delmenhorst fejn ‘Niels H’ kien qed jaħdem fit-taqsima għall-kura intensiva bejn l-2003 u l-2005.
L-eks-infermier kien akkużat li injetta lill-pazjenti b’tip ta’ mediċina li għandha tintuża biss taħt is-superviżjoni stretta tat-tobba. Dan meta l-mediċina inkwistjoni tista’ tikkaġuna r-reazzjonijiet kardjovaskulari fil-bniedem, bil-konsegwenzi fatali.
//= $special ?>