Il-kantanta Madonna tgerbet it-taraġ waqt li kienet qed tkanta kanzunetta waqt il-BRIT Awards 2015 li qed isiru llejla.
Jidher li għal xi raġuni, waqt li Madonna kienet fuq l-istage imdawwra minn numru ta’ żeffiena, wieħed minnhom ġibidha mil-libsa tagħha.
Mhux magħruf jekk din il-mossa kinitx intenzjonata, imma li hu żgur hu li xi ħaġa marret ħażin u Madonna, li sekondi biss qabel dehret tirranġa l-libsa, spiċċat inġibdet b’kollox lura minn fuq l-istage.
Qabel bdiet is-serata, Madonna wegħdet rivoluzzjoni … jidher li dan l-inċident ma kienx dak li kienet qed tistenna.
//= $special ?>