Il-mara ta’ Alfred Bugeja, li għandu 57 sena, u li huwa mill-Belt u magħruf bħala “Il-Porporina”, ġiet ikkundannata disa’ xhur ħabs wara li nstabet ħatja li ppruvat ddaħħal id-droga eroina fil-ħabs f’par żarbun permezz ta’ terza persuna. Id-droga kienet destinata għal żewġha stess li qed iservi għadd ta’ pieni ta’ħabs wara diversi sentenzi.
Helen Bugeja, ta’ 47 sena mill-Isla, instabet ħatja li f’par żarbun ħbiet l-eroina, liema droga kienet destinata għal Alfred Bugeja min ħuh stess wara li hi kkonsenjatlu l-par żarbun. Dan il-każ seħħ fit-28 ta’ Ġunju tal-2012. Mill-provi quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia ħareġ kif Helen Bugeja ċaħdet li hija ħbiet id-droga fiż-żarbun u li ftehmet ma ħu żewġha biex imur bihom fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Ħareġ ukoll kif Afred Bugeja qal li martu biex tagħti li ħuh par żarbun biex ikun jista’ jeħodhom lilu l-ħabs. L-oġġetti li ħa miegħu jinkludu żarbun u logħob tal-play station. Dawn l-affarijiet kienu fil-post fejn jiġu verifikati l-oġġetti. Għall-ewwel xejn ma kien irregolari iżda wara tfittxija ntensiva nstab żarbun partikolari, fejn fih instabu 2.805 gramma ta’ eroina, biżżejjed għal madwar 14-il doża. Id-droga kienu moħbija f’żewġ pakketti.
Meta Helen Bugeja kienet arrestata, li skwadra ta’ kontra d-droga ma sabet l-ebda droga imma biċċtejn “foil”, li meta kienu annaliżati, nstabu traċċi ta’ eroina. Il-Maġistrat Farrugia li r-rekord kriminali ta’ Helen Bugeja jinkludi seba’ reati kriminali, li jinkludu prostituzzjoni u pusses sempliċi ta’ drogi differenti, li jinkludu eroina u kannabis.
Minkejja dan hija ma nstabitx ħatja li saret reċidiva minħabba li l-Prosekuzzjoni naqqset li tesebixxi s-sentenzi tal-Qorti relatati mas-sentenzi ta’ ħtija mogħtija. Minħabba s-serjeta’ tar-reat, speċjalment meta ppruvat li ddaħħal l-eroina l-ħabs, il-Qorti kkundannat lil Helen Bugeja, disa’ xhur ħabs u multa ta’ €2,000. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Johann Fenech.
//= $special ?>