Lokali

Ħabta bejn vann u tal-linja tiġġammja Raħal Ġdid

Ħabta bejn karozza tal-linja bir-rotta X7 fid-direzzjoni lejn il-Birgu, u vann tax-xogħol, wasslet biex inħoloq paniku sħiħ fit-traffiku f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.

Jirriżulta li vann ħareġ minn Triq il-Palma u sab ma’ wiċċu l-karozza tal-linja li kienet għaddejja mit-triq prinċipali li twassal lejn il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Madankollu nħolqot konġestjoni fit-traffiku.