Lokali

Ħsara f’pompa tal-petrol f’Santa Venera biex serqu €50

Persuna jew persuni mhux magħrufa għamlu ħsara f’pompa tal-petrol li tinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera bl-għan li jisirqu minn kaxxa fejn jinżammu l-flus. Madankollu min wettaq dan l-att irnexxielu jisraq biss madwar €50.

Jirriżulta li l-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, bil-persuna jew persuni li wettqu r-reat jużaw shock absorber biex kissru l-kaxxi li fihom jinżammu l-flus mill-magna tal-arja u tal-power wash.

Malli daħal ir-rapport, il-Pulizija marru fil-post fejn elevaw ix-shock absorber li ntuża. Is-sidien tal-pompa tal-petrol għaddew ukoll filmat mis-sistema’ tas-CCTV lill-Pulizija biex janalizzaw dak li seħħ.

Dan mhux l-ewwel każ simili li s-sidien tal-istess pompa tal-petrol għaddew minnu fl-aħħar xhur. Anke’ dwar każ ieħor preċedenti għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija.