Internazzjonali

Identifikat ‘Jihadi John’

Skont il-BBC, il-persuna li tidher kull darba liebsa l-iswed fil-qtugħ tal-irjus tal-ostaġġi mill-Punent hu Mohammed Emwazi, Ingliż minn Londra imma mwieled il-Kuwajt u li kien magħruf mas-servizzi tas-sigurta.
Emwazi deher l-ewwel darba f’video tal-ISIS f’Awwissu li għadda meta ntwera l-qtil tal-ġuranlist Amerikan James Foley. Mal-ewwel kien hemm suspetti mill-aċċent tiegħu li kien mir-Renju Unit u aktarx minn Londra.
Jidher li hu studja computer sciences fl-Universita ta’Westminister University. Hu mifħum li hu mar is-Sirja fl-2012.