Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, is-26 ta’ Frar.
IN-NAZZJON b’rapport dwar l-involviment dirett tal-Prim Ministru Joseph Muscat fl-iskandlu tal-Cafe’ Premier. Naqraw ukoll kif Mons. Charles Scicluna mistenni jkun l-Arċisqof il-ġdid ta’ pajjiżna.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi l-Prim Ministru qed jaħrab milli jwieġeb dwar l-involviment tiegħu fl-iskandlu tal-Cafe’ Premier.
THE TIMES OF MALTA b’rapport mill-Qorti dwar l-aħwa ta’ George Farrugia u l-kwistjoni tax-xiri taż-żejt mill-Enemalta. Mix-xiehda ħareġ li l-korruzzjoni fix-xiri taż-żejt kienet issir bil-kunsens tal-aħwa kollha, barra wieħed.
L-ORIZZONT bl-istorja ewlenija dwar l-għażla ta’ Mons. Scicluna bħala s-suċċessur ta’ Pawlu Cremona.
//= $special ?>