Tissokta ż-żjara statali tal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, fis-Slovenja, b’laqgħa mas-Sindku tal-Belt Kapitali Ljubljana, Zoran Jankovič.
Matul iż-żjara tagħha, il-President żaret ukoll dar għall-persuni b’diżabilita u ċentru għal tfal u żgħażagħ b’ħiliet differenti.
Il-President saħqet li f’Malta hemm għadd kbir ta’ inizjattivi simili kemm mill-istat kif ukoll mill-privat u allura ikun interessanti li ċentru bħal dak ta’ Draga jgħin lil Malta biex dan is-settur jissaħħaħ.
F’Ljubljana l-President iltaqgħet ukoll ma’ rappreżentanti ta’ għaqda favur il-promozzjoni tal-volontarjat, inkluż ħaddiema li jaħdmu fil-ġlieda kontra t-TB, jew inkella oħrajn li joffru għajnuna umanitarja.
Hi qalet ukoll li tħares ‘il quddiem biex ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi u l-bliet kapitali tagħhom tissaħħaħ.
//= $special ?>