Raġel Malti qed jinżamm mill-Pulizija għal iktar stħarriġ wara li tliet irġiel ta’ nisel Għarbi allegatament serqu mara fil-Gżira.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-5a.m. meta t-tliet irġiel resqu fuq il-mara, li kienet fl-ghatba ta’ bieb fi Triq Enrico Mizzi u talbuha tagħtihom il-flus wara li wieħed minnhom allegatament heddida b’mus.
Il-mara tathom madwar 50 ewro u t-tliet irġiel ħarbu minn fuq il-post. Hi identifikat ukoll ir-raġel Malti li allegatament wassalhom fil-Gżira. Mistoqsi mill-pulizija, il-Malti qal li ma kienx jaf lit-tliet irġiel iżda biss li ltaqa’ magħhom Paceville u offrielhom li jwassalhom lejn il-Gżira.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>