Internazzjonali Saħħa

Il-WHO tħeġġeġ it-tilqim kontra l-ħosba fost żieda ta’ każi

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) esprimiet tħassib għal mewġa ta’ każi ta’ ħosba fl-Ewropa, fost pajjiżi oħra, u qed tħeġġeġ biex tingħata spinta ġdida għat-tilqim kontriha.
Uffiċjali tal-WHO qalu li nqabdu fuq sieq waħda f’aktar minn 22,000 każ is-sena li għaddiet u fl-ewwel xhur ta’ din is-sena. Issa l-WHO qed tinsisti li fil-pajjiżi fejn tfeġġ il-marda, l-awtoritajiet jieħdu passi immedjati mingħajr eċċezzjonijiet.
It-tabiba Zsuzsanna Jakab, id-direttur reġjonali tal-WHO għall-Ewropa, qalet li meta wieħed jikkunsidra li f’dawn l-aħħar 20 sena kien hemm tnaqqis ta’ 96 fil-mija tal-każi fir-reġjun Ewropew u konna pass bogħod mill-eliminazzjoni tal-marda, dawn il-każi ġodda kienu allarmanti.
Instab li bejn l-2014 u l-2015 fl-Italja kien hemm 1,674 każ filwaqt li fir-Russja kien hemm 3,247 każ.
Il-WHO qalet li r-raġuni ewlenija wara din iż-żieda kienet għaliex ħafna ġenituri kienu qed jirrifjutaw li jagħtu t-tilqim lit-tfal. Ftit tal-ġranet ilu fil-Ġermanja tarbija ta’ 18-il xahar mietet minħabba l-ħosba u tqanqal dibattitu dwar jekk it-tilqim iridx jibda jsir obbligatorju.