Lokali

Imfittex internazzjonalment fuq terroriżmu imma allegatament jinsab f’Malta

Il-komunita’ Għarbija f’Malta tinsab irrabjata hekk kif jidher li f’pajjiżna fl-aħħar jiem kien hawn Mahdi al-Harati, is-Sindku l-ġdid ta’ Tripli mfittex internazzjonalment dwar terroriżmu; preċiżament b’konnessjoni ma’ attakk terroristiku f’Madrid f’Marzu tal-2004. Mhux eskluż li al-Harati għadu Malta.

Ritratti li waslu għand MaltaRightNow mingħand Għarab li jgħixu f’Malta, allegatament juru lil al-Harati f’Malta fl-aħħar jiem. Huma esprimew l-għadab kif il-Gvern Malti jista’ jaċċetta li persuna bħal al-Harati jitħalla ġej u sejjer f’Malta meta għandu kontrih akkużi hekk serji.

Dwar al-harati kienet diġa’ nqalgħet kontroversja f’Novembru li għadda, meta In-nazzjon żvela li Mannie Galea, l-Ambaxxatur ta’ Malta għal-Libja, għamel żjara ta’ korteżija lil Mahdi al-Harati.

Dan is-sit diġa’ bagħat il-mistoqsijiet lill-awtoritajiet konċernati dwar dan il-każ.