Imħallef federali fl-Arġentina warrab każ kontroversjali kontra l-President tal-pajjiż, Cristina Fernandez de Kirchner u l-Ministru Arġentin għall-Affarijiet Barranin, Hector Timerman.
Kirchner u Timerman kienu akkużati li ppruvaw jaħbu l-allegat sehem tal-Iran fl-isplużjoni tal-bomba tat-18 ta’ Lulju tal-1994 li qatlet 85 persuna ġo ċentru tal-Lhud fi Buenos Aires.
Dan kien l-agħar attakk terroristiku li qatt seħħ fl-Arġentina, iżda l-Imallef, Daniel Rafecas, qal li l-akkużi ma għandhom l-ebda mertu peress li ‘ma twettaq l-ebda delitt’.
L-akkużi inkwistjoni kien ħariġhom il-prosekutur speċjali, Alberto Nisman, li x-xahar li għadda instab mejjet fl-appartament tiegħu stess.
Sadanittant, is-sistema ġudizzjarja tal-Arġentina qalet li ‘l-provi li nġabru s’issa huma ferm ‘il bogħod mill-minimu (tal-provi) meħtieġa biex ikompli l-proċess’.
//= $special ?>