Tul l-2014, 173 persuna spiċċaw vittma tal-militanti Iżlamiċi fil-Kenja – l-ogħla ċifra f’dawn l-aħħar tliet snin hekk kif żdiedet il-vjolenza mill-grupp militanti Iżlamiku mis-Somalja, l-al-Shabab.
Iċ-ċifra hi ogħla minn dik tal-2013 meta militanti tal-al-Shabab kienu attakkaw iċ-ċentru kummerċjali Westgate Mall f’Nairobi, li fih inqatlu 67 persuna.
Il-Pulizija fil-Kenja qalu li minn mindu fl-2012 bdew l-attakki mill-al-Shabab, 312-il persuna nqatlu fil-Kenja u 779 oħra ndarbu matul l-istess perjodu.
Il-qofol tal-attakki kien f’Nairobi, Mombasa, Garissa, Mandera u Wajir, u fil-mira kien hemm postijiet iffullati u popolari, kif ukoll knejjes.
Jiżdiedu l-vittmi tat-terroriżmu fil-Kenja
