Internazzjonali Knisja

Kien jgħix fit-triq u issa midfun ħdejn ir-Rejiet fil-Vatikan

Raġel li kien jgħix fit-triq, u li kien jattendi b’mod regolari l-quddies tas-7am fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, spiċċa indifen fiċ-ċimiterju tal-Vatikan. U dan b’ringrazzjament għall-ħeġġa tiegħu biex ixandar il-messaġġ nisrani ma’ kull persuna li jiltaqa’ magħha.

Willy Herteller, mill-Belġju, miet f’Diċembru li għadda, fl-eta’ ta’ 80 sena.

Kelliem għal Vatikan ikkonferma li l-ġisem ta’ Herteller spiċċa tħalla fil-moratorju, sakemm l-awtoritajiet tal-Vatikan għamlu talba formali biex dan jindifen fl-istess ċimiterju li fil-passat kienu jindifnu fih ir-rejiet Ġermaniżi, fiċ-ċimiterju Tewtoniku, li jinsab eżatt wara l-Bażilika ta’ San Pietru.

Fi kliem l-awtoritajiet tal-Vatikan, Herteller kien ta’ eżempju għal bosta nsara, kien ilu jattendi l-quddies tas-7am fil-Vatikan għal 25 sena, u saħansitra kien ħoloq komunita’ ta’ persuni li jgħixu fit-toroq ta’ Ruma fl-eżempju ta’ Kristu.

L-assenza tiegħu mill-quddies, wara l-mewt tiegħu f’Diċembru, wasslet lil awtoritajiet tal-Vatikan biex jistaqsu dwar xi ġralu, sakemm sar magħruf li kien miet u jinsab fil-moratorju lokali.