Internazzjonali

Kienu se jbiegħu tifel għal 30,000 ewro

Il-forzi tas-sigurtà f’Messina fi Sqallija arrestaw sitt Taljani u żewġ Rumeni b’rabta ma’ bejgħ ta’ tfal.
L-arresti saru hekk kif kien se jinbiegħ tifel ta’ tmien snin għall-prezz ta’ 30,000 ewro lil koppja Taljana li ma setax ikollha tfal. It-tfajjel kien qed jinżamm f’maħżen, bħallikieku kien oġġett, sakemm kien se jsir il-bejgħ.
It-tfajjel hu mir-Rumanija u issa jinsab f’idejn l-awtoritajiet Taljani. Il-koppja li kienet se tixri lit-tifel hi minn Messina.
L-akkużi mressqa kontra dawk arrestati jinkludu traffikar ta’ tfal u skjavitù, u qed issir investigazzjoni biex ikun stabbilit jekk dan il-grupp kienx imdaħħal f’każi oħra simili.