L-Arċidjoċesi Maltija kkonfermat li għada se jitħabbar uffiċjalment isem Mons Charles Scicluna bħala l-Kap tal-Knisja f’Malta.
Dan jirriżulta minn Sejħa għall-Istampa li l-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja ħareġ għall-media kollha. Għada f’12pm, in-Nunzju Appostoliku mistenni jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, li matulha se jkun qed titħabbar uffiċjalment in-nomina ta’ Mons Charles Scicluna.
Il-konferenza tal-aħbarijiet se tixxandar LIVE minn MaltaRightNow.com grazzi għal servizz li se jkun ipprovdut mill-Knisja f’Malta stess.
//= $special ?>