Internazzjonali

L-ISIS ikissru statwi imprezzabbli fil-Mużew ta’ Mosul

Il-militanti tal-Istat Iżlamiku ftit tas-sigħat ilu xandru filmati ta’ għexieren ta’ persuni b’imrietel u chasers, ikissru statwi imprezzabbi fil-Mużew ta’ Mosul, fl-Iraq.

Fost l-istatwi li nkissru kien hemm relikwi ta’ allat taċ-ċivilizazzjoni tal-Assirja, u eluf kbar ta’ manuskritti antiki u kotba li kienu jeżistu biss fil-mużew Iraqqin.

Il-militanti qalu li qed jagħmlu dan għax dawn l-istatwi jissimbolizzaw twemmin falz li jbiegħed lil fidili mit-twemmin ta’ Allah.