L-estremisti ma jistgħux jitħallew joperaw fil-Libja, jew fil-pajjiżi tal-madwar, inkella l-Ewropa kollha se tbagħti r-riperkussjonijiet għal ġenerazzjonijiet futuri sħaħ.
L-Ewroparlamentari Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin Roberta Metsola għamlet din it-twissija waqt il-konferenza “Libya: An Unfinished Revolution”, li ddiskutiet is-sitwazzjoni fil-Libja mill-bidu tar-rivoluzzjoni kontra l-eks dittatur Libjan Muammar Gaddafi sa llum.
“Malta għandha b’mod attiv taħdem biex tgħin lil-Libja, għaliex pajjiżna hu sieħeb fdat għal-Libjani. Malta għandha tuża l-għodod kollha possibbli, inkluż il-vantaġġ ġeografiku li tista’ toffri,” kompliet Roberta Metsola.
Hi tkellmet dwar il-potenzjal qawwi li għandha Malta biex tgħin f’din is-sitwazzjoni. Imma wissiet li l-ħin għaddej, u Malta ma tistax taffordja li s-sitwazzjoni tiddeġenera u l-pajjiż Libjan jinħakem mill-estremisti.
Għamlitha ċara li l-Oppożizzjoni trid li Malta tingħaqad kontra l-ISIS, f’koalizzjoni kontra t-terroriżmu. Madankollu l-Gvern ta’ pajjiżna għamel minn Malta l-uniku pajjiż Ewropew barra minn din il-koalizzjoni.
//= $special ?>