Azzjoni kontra t-terroriżmu internazzjonali hi ta’ urġenza u għaldaqstant, quddiem is-sitwazzjoni kif qed tiżviluppa u ssir dejjem aktar ta’ inkwiet akbar għall-popli tad-dinja, hu importanti li jasal il-messaġġ li pajjiżna wkoll qed jieħu l-passi biex jiġġieled it-terroriżmu.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin, Tonio Fenech, għamel dan il-messaġġ u l-appell lill-Gvern f’dibatttitu fil-Parlament li approva Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – abbozz li jsaħħaħ il-ġlieda wkoll ta’ pajjiżna kontra t-terroriħmu u l-kirminalità organizzata.
Tonio Fenech fisser kif il-kwistjoni tat-terroriżmu qed tinkwieta lill-popli tad-dinja kollha b’effett qawwi tal-media soċjali. Pajjiżna jrid jagħmel is-sehem tiegħu ukoll biex jieqaf it-terroriżmu fid-dinja li qed iwassal terrur b’atti inaċċettabbli. L-Oppożizzjoni qablet fuq l-urġenza u fil-messaġġ ta’ din il-liġi.
Tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni fil-Libja u l-attakk fuq il-Lukanda Corinthia fi Tripli u fisser kif l-azzjoni kontra t-terroriżmu internazzjonali hi ta’ urġenza.
Semma li l-Gvern kellu jaġixxi b’aktar urġenza favur il-pożizzjoni u l-koalizzjoni tal-Unjoni Ewropea li taħdem kontra l-Istat Iżlamiku. Appella lill-Gvern biex jingħaqad f’din il-koalizzjoni biex tiġi koordinata ħidma importanti kontra l-għaqda terroristika hekk imsejħa Stat Iżlamiku.
Biex niġġieldu t-terroriżmu jeħtieġ li l-forzi tal-ordni ta’ pajjiżna jkunu wkoll fuq alert fuq il-moviment ta’ għaqdiet u organizzazzjonijiet li qed iħaddmu ideoloġija, kif seħħ fi Franza fejn grupp ta’ nies ingħaqdu u ħadmu fuq atti terroristiċi.
Jeħtieġ għaldaqstant sorveljanza anke ta’ dak li jseħħ fil-media soċjali hekk kif ir-reklutaġġ ta’ dawn in-nies f’dawn il-gruppi qed isir permezz tal-mieda soċjali b’ċittadini wkoll fl-Ewropa jingħaqdu u jassoċjaw ruħhom ma’ dawn l-organizzazjoznijiet u segwaċi ta’ gruppi estremisti.
Il-liġi tħares lejn aspett importanti li l-liġijiet ta’ pajjiżna għandhom jiġu msaħħa biex inkomplu niġġieldu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata li tħalli impatt mhux żgħir tal-attività li toħloq.
Semma d-definizzjoni fil-liġi ta’ foreign terrorist fighter u l-kunċett ta’ provvediment aktar b’saħħtu ta’ konfiska fuq ċertu atti kriminali.
Appella lid-Dwana biex tuża l-għodod li għandha u li l-poteri tagħha se jkomplu jissaħħu permezz ta’ din il-liġi. Awgura li din il-liġi, l-entitajiet responsabbli jagħmlu d-dover tagħhom biex niġġieldu l-kriminalità organizzata li tħalli riperkussjonijiet.
Fisser ukoll li kien pass pożittiv li Gvern laqa’ r-rakkomandazzjoni tal-UE li l-fondi konfiskati jmorru għal skopijiet soċjali biex il-popli jħossu li l-pajjiżi qegħdin jiġġieldu l-kriminalità organizzata.
Tkellem ukoll dwar emenda oħra għal-leġiżlazzjoni dwar ir-riskji mis-sistemi ta’ informazzjoni, u saħaq dwar l-importanza ta’ dawn is-sistemi li jibqgħu mgħassa u taħt osservazzjoni kontinwa mill-awtoritajiet u l-forzi tal-ordni.
//= $special ?>