Newsdesk

NEWSDESK: Il-kundizzjoni tal-ħaddiema fil-qasam soċjali

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar il-kundizzjoni tal-ħaddiema fil-qasam soċjali speċjalment dawk li jaħdmu mal-anzjani, fosthom carers u dawk li jaħdmu fid-day centres.

Għal dan il-programm ġew mistiedna x-Shadow Minister għall-Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici u anke s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana. Iżda minkejja li s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana għandha l-opportunità sabiex twieġeb għad-domandi li qed jagħmlu s-semmiegħa, ġejna infurmati li ma tistax tiġi minħabba impenji oħra.

Waqt dan il-programm se tkun diskussa l-attitudni tas-Segretarju Parlamentari Laburista Justyne Caruana fil-konfront ta’ dawn il-ħaddiema. Se tiġi diskussa wkoll il-kundizzjoni li jinsabu fiha l-pazjenti u r-residenti f’San Vincens de Paule.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.