Għawdex Lokali

Tkompli t-tfittxija għaċ-Ċiniża li nġarret mill-mewġ fid-Dwejra, il-kundizzjoni tal-baħar ma tgħinx

Qed tkompli l-ħidma ta’ tfittxija għal żagħżugħa Ċiniża ta’ 27 sena, li lbieraħ waranofsinhar inġarret mill-mewġ fil-Bajja tad-Dwejra. Hi kienet ma’ ħabiba tagħha meta nġarret mill-mewġ, bil-ħabiba tagħha ddaħħlet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura wara x-xokk qawwi li sofriet.

It-tfittxija għaż-żagħżugħa Ċiniża kellha tiġi sospiża matul il-lejl, iżda din tkompliet dalgħodu. Madankollu, sorsi li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li l-ħidma mhux mistennija tkun waħda faċli minħabba l-qawwa tal-baħar fiż-żona.

(Ritratt: waqt it-tfittxijiet tal-bieraħ)