Knisja Lokali

Filmat: Reazzjonijiet fost il-Maltin għan-nomina ta’ Mons Charles Scicluna bħala l-Arċisqof il-ġdid

Wara li n-Nunzju Appostoliku għal Malta ħabbar uffiċjalment isem il-Mons Charles Scicluna bħala l-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta, Radio 101 mar fit-toroq biex jara x’jaħsbu n-nies.

Staqsejna wkoll x’qed jistennew minn Mons Scicluna u x’impressjoni għandhom tiegħu.

arcisqof scicluna

Stqarrijiet mill-ogħla awtoritajiet

Sadanittant, permezz ta’ stqarrijiet separati, l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż awguraw lil Mons Scicluna għan-nomina tiegħu bħala r-Ragħaj tad-Djoċesi f’Malta.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li qed tħares ‘il quddiem għal aktar kollaborazzjoni fl-aħjar interess tas-soċjetà Maltija.

Min-naħa tiegħu, f’isem id-Djoċesi ta’ Għawdex, l-Isqof Mario Grech feraħ lill-Arċisqof-elett u stieden lill-pubbliku biex jitlob għall-Arċisqof il-ġdid biex Alla jgħinu fit-tmexxija tal-Knisja f’Malta.