Grocer fil-Marsa kien fil-mira ta’ żewġ attentati ta’ serq matul żewġt iljieli differenti. Filmat mibgħut lil MaltaRightNow.com minn sidt il-ħanut juri żewġ żgħażagħ li f’waħda mill-attentati ppruvaw jidħlu biex jisirqu. Fortunatament, il-ħallelin ma rnexxielhomx jidħlu, probabbilment minħabba li semgħu xi ħsejjes fit-triq.
Madankollu, jirriżulta li l-ħallelin irnexxielhom ikissru l-katnazz tal-ħanut b’ħadida. Qabel wettqu r-reat, iż-żgħażagħ dehru jippassiġġaw minn quddiem il-ħanut, qabel ma waqfu biex jippruvaw iwettqu r-reat. Sidt il-ħanut qalet lil MaltaRightNow.com li dan il-filmat ingħadda lill-Pulizija, filwaqt li talbet lill-qarrejja tagħna biex jgħinu fl-identifikazzjoni taż-żewġ żgħażagħ.
//= $special ?>