Mill-ħames timijiet Taljani li fadal mal-aħħar 16 fl-Europa League, se jkunu Fiorentina u Roma li se jiltaqgħu kontra xulxin, hekk kif it-tlieta l-oħrajn evitaw lil xulxin. Dan ħareġ illum f’Nyon fl-Iżvizzera meta ttelgħu l-poloz tal-aħħar 16.
Napoli se jkunu qed jilqgħu f’darhom lil Dinamo Moscow u Torino jibdew l-ewwel leg għand tim ieħor Russu, dak ta’ Zenit St Petersburg.
Inter telgħu biex jilgħbu kontra Wolfsburg, it-tim li jinsab fit-tieni post fil-Bundesliga.
Everton, l-uniku tim Ingliż li fadal fil-kompetizzjoni, telgħu kontra Dinamo Kiev tal-Ukrajna, bit-tim ta’ Roberto Martinez se jilgħab l-ewwel leg fit-12 ta’ Marzu f’Goodison Park.
Iż-żewġ klabbs Spanjoli li fadal fil-kompetizzjoni, telgħu kontra xulxin, b’Villarreal jilqgħu lill-holders Sevilla fl-ewwel leg, filwaqt li l-partita l-oħra hi bejn Club Brugge u Besiktas.
Il-Finali din is-sena se tintlagħab fis-27 ta’ Mejju f’Varsavja, bir-rebbieħa jikkwalifikaw għaċ-Champions League.
//= $special ?>