Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ġimgħa, 27 ta’ Frar.
IN-NAZZJON jirrapporta dwar każi ta’ abbużi serji fil-Freeport, inkluż ħaddiema li qed jiġu diskriminati minħabba l-kulur politiku tagħhom.
THE MALTA INDEPENDENT tikkwota lill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi jgħid illi m’hemm l-ebda soluzzjoni faċli għas-sitwazzjoni preżenti fil-Libja.
L-ORIZZONT jgħid illi l-persuni li kitbu kliem bl-isprej kontra l-Insara – kitba li saret fil-Qrendi – riedu jiktbu ‘Allah’, iżda fallew.
THE TIMES OF MALTA tieħu l-kummenti ta’ Ben Remfrey, espert tal-armi, illi jitkellem dwar it-theddid tal-ISIS fil-Mediterran. Hu jsostni li fil-Libja m’hemm l-ebda armi kimiċi, u li huwa improbabbli li l-missili Libjani jwasslu sa Malta.
//= $special ?>