Internazzjonali

Imbiċċer blogger fil-Bangladesh

Folla ta’ rġiel armati bis-skieken attakkaw u biċċru attivist sekulari li kien jikteb dwar ir-reliġjon fuq il-blog tiegħu u li qabel kien spiċċa suġġett għat-theddid tal-estremisti Iżlamiċi.
Avijit Roy, mill-Bangladesh u ta’ dixxendenza Amerikana, li hu magħruf ukoll bħala ateu, spiċċa attakkat waqt li kien miexi flimkien ma’ martu, fil-kapitali Dhaka. Il-koppja, qabel, kienet żaret fiera tal-kotba fil-belt kapitali. Il-mara spiċċat issofri minn xi ġrieħi waqt l-attakk brutali fuq żewġha.
Ħadd ma spiċċa arrestat b’konnessjoni mal-qtil ta’ Roy, iżda l-Pulizija qed tinvestiga grupp Iżlamiku lokali li kkummenta favur l-azzjoni. Intant, ilbieraħ mijiet ta’ studenti nġabru f’Dhaka biex jesprimu n-niket għal dan il-qtil barbaru.
Il-familja ta’ Avijit Roy qalet li qabel l-attakk kienet mhedda diversi drabi kull meta l-vittma kien jippubblika l-artikli li jippromwovu ideat sekulari.