L-attur Amerikan, Leonard Nimoy, li kien jinterpreta l-parti ta’ Mr Spock fis-sensiela popolari tal-fantaxjenza ‘Star Trek’ miet f’Los Angeles, fl-eta ta’ 83 sena.
It-tifel tiegħu żvela li missieru miet minn kundizzjoni tan-nifs kronika li kien ilu jbati minnha.
Nimoy kellu karriera twila bħala attur u direttur iżda sar famuż madwar id-dinja grazzi għall-interpretazzjoni ta’ Spock — karattru nofsu-uman u nofsu-‘vulcan’ — fi Star Trek.
Is-sensiela ddebuttat fuq it-televiżjoni fl-1966 u l-appell tagħha sploda, tant, li maż-żmien żviluppat fi ‘franchise’ li tinkludi numru ta’ produzzjonijiet għaċ-ċinema.
//= $special ?>