Ix-xogħlijiet fi Triq il-Kosta aktarx mhux se jkunu lesti sas-Sajf li ġej. Dan ikkonfermatu fi stqarrija Transport Malta.
Ir-raġuni li ngħatat kienet is-sejba ta’ fdalijiet arkeoloġiċi fil-bajja tas-Salina.
Transport Malta qalet li s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali tinsab involuta fis-superviżjoni tal-proġett u għaldaqstant, ix-xogħlijiet qed jimxu b’rata iktar kawta u x’aktarx se jkun hemm tibdil fil-pedamenti tat-triq fl-inħawi tas-Salina.
Fl-istess stqarrija, Transport Malta tat dettalji dwar arranġamenti tat-traffiku ġodda tal-proġett ta’ Triq il-Kosta fl-inħawi ta’ Pembroke.
Sewwieqa li mid-direzzjoni tal-Madliena se jgħaddu mill-entratura tal-Kumpless White Rocks u Triq Adrian Dingli.
//= $special ?>