Qorti

Konfermati libelli ta’ malafama fuq Richard Muscat

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat żewġ sentenzi fil-konfront tal-ex ġurnalist tal-Malta Today Karl Schemrbi dwar artiklu miktub fl-2006 u li kien jinkludi allegazjzonijiet fil-konfront ta’ Richard Muscat fil-perjodu li hu kien ambaxxatur ta’ Malta.

Il-Qorti tal-Appell naqqset is-somma li kienet ordnat li titħallas għal-libell u minn €3000, ikkundannat lil Schembri jħallas €1000 għal kull artiklu.

Fl-appell, Schembri qal li hu kien ippubblika kjarika dwar il-każ wara l-artiklu miktiba minnu. L-artikli involuti f’din il-kwistjoni kienu jitrattaw il-perjodu li Richard Muscat għamel imexxi l-istazzjon tar-radju Voice of the Mediterranean.