Lokali

L-FKNK se tkun qed tappella għall-vot IVA

Il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti ħabbret il-lejla b’mod uffiċjali li se tkun qed tieħu sehem fil-kampanja tar-referendum dwar il-kaċċa u se tkun qed tappella għall-vot IVA.

Wara jiem ta’ spekulazzjoni dwar jekk l-FKNK hijiex se tkun qed tieħu sehem fil-kampanja, illejla waqt il-programm Xarabank, l-avukat tal-FKNK, Kathleen Grima qalet li l-FKNK se tappella għall-vot IVA.

Intant waqt din il-programm sar kuntatt ma’ Saviour Balzan, f’isem il-kampanja Shout li staqsa għalfejn il-pożizzjoni tal-FKNK ma tħabbritx minn Lino Farrugia l-President tal-FKNK. Huwa appella li l-għażla tal-elettorat tkun waħda bbażata fuq il-fatti.

Intant għada s-Sibt l-FKNK mistennija ssejjaħ konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-FKNK se tispjega r-raġunijiet wara din id-deċiżjoni.