Raġel ta’ 36 sena miċ-Chad ġie mixli quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona li kellu fil-pusses tiegħu 380 gramma droga ta’ erba tipi differenti, kokaina, kannabis u reżina tal-kannabis, kif ukoll eroina.
Mohammed Kourama inqabad nhar il-Ħamis filgħaxija l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wara li din għamlet tfittxija f’San Pawl il-Baħar f’appartament ta’ raġel mill-Kosta tal-Ivorju, li huwa residenti f’Malta.
Waqt it-tfittxija, l-Pulizija sabet diversi sustanzi suspettati li huma ħaxixa u raża tal-kannabis, kapsoli bl-eroina, kokaina, u boroż bil-ħaxixa. Matul it-tfittxija nstabu ukoll diversi oġġetti oħra relattati mat-traffikar ta’ droga.
Kourama, li għalih deher l-Avukat Veronique Dalli u li lanqas ma għamel talba għal liberta’ proviżorja, ġie mixli li d-droga ma kienitx għal użu esklussiv tiegħu, li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja u li kkommetta reat f’distanza mill-parametru ta’ skola jew post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Nikolai Sant.
//= $special ?>