Internazzjonali Kurżitajiet

Scarlett u Alessandro: ‘l-aktar ismijiet tat-trabi attraenti’

Filwaqt li l-kultura moderna introduċiet il-konkorsi għall-aktar ismijiet tat-trabi popolari, nibtet ukoll l-idea biex it-trabi li jitwieldu fl-2015 jissemmew għal  persuni magħrufin għall-attrazzjoni fiżika tagħhom.

L-ispirazzjoni wara dan, bla dubju, ġejja proprju min-nies famużi li s-soċjeta tallum tqis bħala ‘xempji tas-sbuħija’.

Intant, il-lista li qed nirriproduċu hawn taħt – imfassla minn BabyNameWizard.com – tindika l-għażla favorita tal-‘users’ ta’ dan il-websajt.

Fuq quddiemnett fil-lista tal-ismijiet għall-bniet hemm Scarlett (bl-ispirazzjoni, bla dubju, tkun l-attriċi Scarlett Johansson), Nicolette u Natalia. Saru anki popolari ismijiet bħal Alessandra u Chanel.

Fil-każ tas-subien, il-fama donnha mhix daqstant importanti, b’kelliema għal BabyNameWizard jgħidu li l-għażla tal-ismijiet, f’din il-kategorija, ‘tirrifletti aktar l-imħabba għal-lingwi romantiċi, speċjalment it-Taljan’. Dan hu rifless fl-għażla ta’ Alessandro (Numru wieħed fil-lista), Lorenzo u Romeo.

Il-lista tal-ismijiet ‘eżotiċi’ għat-trabi fl-2015 taqra hekk:

Il-Bniet

1) Scarlett;

2) Nicolette;

3) Natalia;

4) Anais;

5) Paulina;

6) Alessandra;

7) Chanel;

8) Soraya;

9) Adrianna;

10) Giuliana

Is-subien

1) Alessandro;

2) Lorenzo;

3) Rhett;

4) Romeo;

5) Mat(t)eo;

6) Dimitri;

7) Dane;

8) Marcelo;

9) Dante;

10) Remy