Lokali Qorti

Seba’ snin ħabs għall-koppja fuq droga

Mara ta’ 35 sena mill-Gżira ġiet ikkundannata erba’ snin ħabs u multa ta’ €3,000 filwaqt li raġel ta’ 39 sena minn San Ġiljan u residenti l-Imsida ġie kundannat tliet snin ħabs u multa ta’ €750 wara li nstabu ħatja mill-Maġistrat Marseann Farrugia fuq pussess ta’ eroina mhux għal użu personali tagħhom.

Il-każ imur lura għad-19 ta’ Frar, 2003, meta l-koppja kienet qegħdin tabita f’kamra f’lukanda, meta saret tfittxija mill-Pulizija tal-Iskwadra kontra d-droga fejn ħaddiem ta’ l-istess lukanda fetħilhom il-kamra bil-masterkey. Fuq il-komodina  nstabu disa’ boroż bi triq kannella, kien hemm miżien elettroniku b’borża oħra fuq u kien hemm xi “foil” ma, ħruq fuq is-sodda u kien hemm flixkun tal-plastik fil-gwardarobba b’sustanza ħadra fih, u affarijiet oħra relatati ma’ droga. Minn fuq ir-raġel kienu elevati LM142 flus kontanti.

Fl-istqarrija tiegħu l-istess akkużat jgħid li hu jaħdem ma’ missieru f’aġenzija tal-ivvjaġġar u kien qed joqgħod fil-lukanda mat-tfajla, sakemm isib appartament li jista’ jikrih fit-tul. Wara kien għażel li ma jwieġeb għal ebda domanda.

Minn naħa tagħha l-mara qalet li hi ma taħdimx u li kienet ilha tgħix mar-raġel għal tliet ġimgħat u kienu qegħdin ifittxu biex jikru flat. Bħas-sieħeb tagħha hija wara għażlet li ma twieġeb għal ebda domanda.

Fil-Qorti r-raġel qal li huwa kellu vizzju kbira tal-abbuż mid-droga, u kien jixtri biex għal bejn tlieta u erba’ t’ijiem. Qal li d-droga li kellu kienet għal użu tiegħu u li l-miżien kien jużah sabiex meta jixtri d-droga jiċċekkja l-ammont li jkun tajjeb. Qal ukoll li l-10 pakketti li nstabu kien jikkunsmahom ma’ xi ħadd ieħor fi żmien bejn jumejn u tlieta.

Clare qalet li hi u s-sieħeb tagħha kellhom il-vizzju kbir tal-abbuż mid-droga u għalhekk ma kienx jaqbilhom jixtru ammonti żgħar. Qalet li kienet tieħu l-flus tar-relief u li l-famija tagħha kienet tagħtiha l-flus ukoll.

Il-Qorti ma emmnitx il-verżjoni li d-droga kienet għa użu personali tagħhom u meta ġiet biex tagħti s-sentenza kkunsidrat il-fatt li fil-konfront ta’ Clare Borg din kellha xejn anqas minn 25 kundanna mill-Qorti, waħda ta’ fetita gravi, 16-il kundanna ta’ tlajjar għall-skop ta’ prosttiuzzjoni u kundanna għal traffikar ta’ eroina u oħra dwar pusses ta’ kannabis. Hija nstabet ħatja wkoll li saret reċidiva.

Minn naħa tiegħu r-raġel kellu tmien kundanni, tnejn minnhom fuq pusses sempliċi ta’ droga eroina, li kiser kundizzjonio ta’ sentenza, fejn instab ħati ta’ pusses ta’ eroina u li kien tqiegħed taħt probation. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Johann J. Fenech.