Lokali

Sejba ta’ droga f’appartament f’San Pawl il-Baħar – raġel mistenni jitressaq il-Qorti

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għamlet tfittxija f’appartament f’San Pawl il-Baħar.

Fl-appartament, li fih jgħix raġel ta’ 36 sena mill-Kosta tal-Ivorju u li huwa residenti f’Malta nstabu diversi sustanzi suspettati li huma ħaxixa u raża tal-kannabis, kapsoli bl-eroina, kokaina, u boroż bil-ħaxixa. Matul it-tfittxija instabu ukoll diversi oġġetti oħra relatati mat-traffikar ta droga.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr M. Hayman LLD ġiet infurmatha bis-sejba u appuntat inkjesta kif ukoll ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-investigazzjoni.

L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti illum stess.