Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Maria Sciberras, waħda mill-persuni li ħadmet biex infetah id-detox centre fl-Isptar San Luqa.
Maria Sciberras mietet fl-eta’ ta’ ħamsa u sebgħin sena. Hi kienet torganizza s-sistema ta’ kif persuni dipendenti mid-droga setgħu jingħataw l-għajnuna. Dawn is-servizzi kienu parti mis-servizzi li toffri l-Caritas.
Maria Sciberras kienet dejjem taħdem wkoll sabiex tqajjem kuxjenza u għarfien dwar il-vizzju tad-droga u li l-bniedem qatt m’għandu jitlef it-tama li jfieq minn dan il-vizzju grazzi għall-għajnuna offruta kemm mill-Caritas li timxi id f’id mad-Detox Centre fl-Isptar San Luqa.
Din il-mara se tibqa’ waħda mill-pijunieri fil-qasam ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga tant li fl-1989 kienet ngħatat ir-rikonoxximent bħala l-ħaddiem tas-sena.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista sellem lil Maria Sciberras u qal li kienet Tabiba b’qalb kbira, li ħadmet bla heda. Il-Partit Nazzjonalista qal li Maria Sciberras tibqa’ mfakkra bħala pijuniera fis-servizzi għall-vittmi tal-abbuż mid-droga u l-pajjiż kollu għandu jibqa’ obbligat lejha għall-ħidma li wettqet.
//= $special ?>