Akkużi ġodda u serji kontra DJ żagħżugħ Joel Caruana, hekk kif fuq Facebook, tfajla bl-isem ta’ Natasha allegat li minkejja li kienet taħt l-eta’ pprova jkollu x’jaqsam magħha kontra r-rieda tagħha.
It-tfajla qalet li xi snin ilu, id-DJ kien talabha tidħol miegħu fl-uffiċċju tiegħu u saqsiha kemm trid flus biex ikollu x’jaqsam magħha.
Qalet li r-risposta tagħha kienet li hi ma tmurx ma’ nies tat-tip tiegħu. Madankollu allegat li Joel insista u pprova jneżżahha, għalkemm hi tatu daqqa ta’ ħarta biex waqqfitu mill-avvanzi tiegħu.
Imma l-istorja ma tiqafx hawn. L-istess tfajla fuq Facebook tellgħet anke’ ritratt ta’ messaġġ li allegatament bagħtilha Joel meta kienu għadhom ħbieb. Fil-messaġġ, Joel jgħid lil din it-tfajla taħt l-eta’ biex tgħaddilu ritratti tagħha biex jorqod kuntent – waqt li f’post oħra tgħid li kien qed jirreferi għal ritratti tagħha għarwiena.
U meta t-tfajla bdiet toħroġ ma’ xi ħadd, allegat li Joel bagħtilha biex jiltaqgħu ftit, stedinha biex taqbeż qabża sal-istudio u qalilha li mbilli daħlet f’relazzjoni xorta jista’ jibqa’ jtiha bewsa ‘l hemm u ‘l hawn.
Imma l-akkużi kontra Joel Caruana ma jiqfux hawn. DJ ieħor, Dj Vinyl, f’kumment li tefa’ fuq Facebook staqsa għaliex DJ Joel neħħa xi kummenti li kiteb u qal hekk: “Jaqaw xi ħadd minn fost sħabi għandu bżonn isir jaf xi ħaġa dwarek? Forsi li ddrugajtlu lil oħtu biex tieħu vantaġġ minnha?”
Illejla Joel Caruana mistenni jkollu l-Grand Opening tal-party GirlsInvasion, li skont hu għandu l-għan li jipprovdi kemm jista’ jkun tfajliet għaliex Paceville għandu bżonn aktar tfajliet biex jimlewlek il-weekend tiegħek.
Kemm DJ Vinyl u t-tfajla li għamlet l-akkużi sfidaw lil DJ Joel għall-ġlied propju waqt dan il-party, biex skont huma jirranġaw il-kontijiet.
//= $special ?>