L-eks Deputat Prim Ministru tar-Russja Boris Nemtsov inqatel f’Moska. Nemtsov kien serva bħala Deputat Prim Ministru taħt it-tmexxija tal-President Boris Yeltsin fid-disghinijiet.
Persuna armata li għadha mhux identifikata qatlet lil Nemtsov b’erba’ tiri meta dan kien qed jaqsam briġġ f’Moska. Nemtsov miet ftit sigħat wara li appella għall-appoġġ għal mixja ta’ protesta li kienet mistennija ssir nhar il-Ħadd li ġej kontra l-gwerra fl-Ukrajna.
Il-President Russu Vladimir Putin ikkundanna dan il-qtil u qal li se jieħu kontroll personali tal-investigazzjoni dwar dan il-każ.
F’intervista Nemtsov kien qal li hu kien qed jibża’ li Putin għad joqtlu minħabba l-oppożizzjoni tiegħu għall-gwerra fl-Ukrajna.
//= $special ?>