Id-Dipartiment tas-Sigurtà Interna (Homeland) fl-Istati Uniti evita ‘shutdown’ parzjali wara li l-Kungress għadda estensjoni ta’ ġimgħa għall-finanzjament tiegħu, sigħat biss qabel id-deadline li kellu jiskadi f’nofsilejl tal-Ġimgħa.
Il-Kamra Amerikana tar-Rappreżentanti ivvutat favur l-abbozz, effettiv għal qasir żmien, wara li dan għadda mis-Senat ta’ Washington. L-abbozz, li kien ukoll iffirmat mill-President Amerikan, Barack Obama, jaċċerta li l-250,000 impjegat tad-Dipartiment se jibqgħu jitħallsu waqt li jkomplu t-taħditiet dwar ftehim għall-finanzjament ( tad-Dipartiment) għat-tul taż-żmien.
Id-Dipartiment tal-Homeland hu responsabbli mis-sigurta tal-fruntieri, l-ajruporti u l-ibħra qrib il-kosta tal-Istati Uniti.
Li kieku l-finanzjament ma kienx aċċertat, madwar 200,000 impjegat meqjusa bħala ‘essenzjali’ tad-Dipartiment kien ikollhom jibqgħu jaħdmu mingħajr paga.
Minbarra dan, is-servizzi sigrieti ma kenux ikunu jistgħu jqabbdu l-aġenti biex jipproteġu lill-kandidati li, is-sena d-dieħla, se jikkuntestaw għall-Presidenza tal-Istati Uniti.
//= $special ?>