Il-Kap tal-moviment PKK tar-ribelli Kurdi ħeġġeġ biex is-sostenituri tiegħu jieqfu mit-taqbida armata mat-Turkija li ilha għal 30 sena.
Abdullah Ocalan qara stqarrija fuq it-televiżjoni fejn qal li qed ifittex ‘deċiżjoni storika’ lejn ‘soluzzjoni demokratika’. Hu anki ħeġġeġ biex, fir-rebbiegħa, isir kungress speċjali bl-intenzjoni li jfassal dikjarazzjoni speċifika għat-tmiem tal-konflitt.
Mietu aktar minn 40,000, fil-parti kbira Kurdi, fil-ġlied għal art indipendenti tal-Kurdi fir-reġjuni tat-Turkija lejn ix-Xlokk.
Intant, Ocalan, li ilu jinżamm il-ħabs mill-1999, qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija għal għomru wara li nstab ħati dwar tradiment.
//= $special ?>