Lokali

Paġna fuq Facebook tikxef is-sitwazzjoni mwiegħra tat-toroq f’Għawdex

“Din il-ġimgħa ġew jraqqgħu t-toroq. Bdew jimlew toqba ‘l hawn u ‘l hemm. Meta kellimthom qaluli ‘Mhux kollha se nimlewhom għax 6 xkejjer biss għandna u dan tarmac mill-għoli!’ Ma ridtx nemmen x’qed nisma!”

Dan huwa wieħed biss mill-kummenti li wieħed jista’ jsib fuq il-paġna tal-Facebook ‘It-Toroq f’Għawdex’ – paġna li fiha l-Għawdxin jgħidu l-esperjenza tagħhom dwar is-sitwazzjoni tat-toroq fil-gżira ta’ Għawdex.

Paġna li hija mimlija ritratti li jkomplu jixhdu s-sitwazzjoni mwiegħra li jinsabu fihom it-toroq fil-gżira ta’ Għawdex.

Il-paġna ta’ Facebook kisbet suċċess kbir tant li fi ftit jiem tellgħet iktar minn 1500 like.