L-Uffiċjali Libjani baqgħu ma pprovdewx id-dettalji dwar it-tiġrif ta’ ajruplan tal-gwerra li, skont ir-rapporti, niżel fl-artijiet tal-Libja; xi ħames kilometru biss ’il bogħod mill-fruntiera mat-Tuneżija.
L-aġenzija tal-aħbarijiet Tuneżina, TAP, qalet li l-ajruplan inkwistjoni kien tal-qawwiet Libjani li qed jikkontrollaw il-belt ta’ Tripli u ‘seta’ ntlaqat direttament mill-isparar’.
Fl-istess ħin, numru ta’ uffiċjali Libjani ma kkonfermawx mill-ewwel l-inċident.
Fil-Libja, bħalissa, għaddejjin il-battalji kontinwi bejn il-Gvernijiet rivali u l-qawwiet tagħhom. Il-Gvern li għandu s-sede f’Tobruk igawdi r-rikonoxximent internazzjonali waqt li l-Gvern l-ieħor, ibbażat fi Tripli, għandu l-appoġġ tal-gruppi Iżlamiċi u ilu mis-sajf jikkontrolla l-kapitali.
Magħruf ukoll li l-qawwiet tal-Gvern ta’ Tobruk immexxi mill-Prim Ministru Abdullah al-Thinni u l-qawwiet ta’ Tripli qed jużaw l-ajruplani tal-gwerra kontra xulxin.
//= $special ?>