Lokali

Sewwieq ta’ mutur jispiċċa fuq roundabout f’San Pawl il-Baħar

Sewwieq ta’ 31 sena mill-Ħamrun tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u spiċċa bil-mutur b’kollox fuq ir-roundabout fi Triq Erba’ Mwieżeb, fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ wara nofsinhar.

Fuq il-post issejaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lis-sewwieq lejn l-isptar permezz ta’ ambulanza għal iktar kura. Għad mhux magħrufa l-kundizzjoni tas-sewwieq.