Internazzjonali

Tal-Hamas fuq il-lista tat-terroristi

Qorti fl-Eġittu ddikjarat il-grupp Hamas tal-militanti Iżlamiċi Palestinjani bħala organizzazzjoni terroristika. Fl-istess ħin, il-qorti akkużat lill-istess grupp li qed jappoġġja ‘lir-rewwixta’ li għaddejja fl-inħawi ta’ Sinai, lejn it-Tramuntana.

Id-deċiżjoni ttieħdet xahar wara li qorti differenti kienet fissret il-fergħa armata tal-Hamas bħala entita terrorista.

Il-Hamas, li jikkontrolla l-Medda ta’ Gaza, hu fergħa tal-Fratellanza Musulmana tal-Eġittu li, fl-2013, spiċċa wkoll fil-kategorija tal-gruppi terroristiċi.

Fl-istess sena, il-President Musulman tal-Eġittu, Mohammed Morsi, kien tqaċċat mill-poter, fil-Kajr.