Lokali

“Tal-IVA qed jaħbu l-vera kaċċaturi” – SHOUT

“Dak li qed nagħmlu huwa għall-Maltin mhux għall-Ewropej..din mhix kwistjoni politika imma kwistjoni dwar il-kampanja Maltija…l-uniku post ta’ divertiment li huwa bla ħlas f’pajjizna.” Din kienet ir-reazzjoni mill-kelliem Saviour Balzan f’isem il-kampanja SHOUT kontra il-kaċċa fir-Rebbiegħa.

Il-konferenza tal-aħbarijiet saret fil-Belt Valletta, eżattament fuq l-għatba tal-Qorti fejn mijiet ta’ kaċċaturi daħlu hawn għax kisru l-ligi..u fi triq ir-Repubblika “fejn f’din l-istess triq, il-kaċċaturi għajjru lill-mexxejja tal-partiti u attakkaw ġurnalisti” sostna Saviour Balzan.

Hu enfasizza li l-kampanja SHOUT jinteressaha li tiddefendi l-kampanja Maltija u trid tiddibatti l-verita permezz tal-fatti. Ikkritika l-fatt li l-kelliema tal-lum tal-kamp oppost huma nies wara maskra u l-vera kaċċaturi ma dehrux.

Fl-aħħarnett Balzan għamel appell lill-Kumissjoni Elettorali sabiex bħal kampanji oħrajn tispjega sew fuq il-mezzi tax-xandir kif issir il-votazzjoni u saħaq dwar l-importanza li kulħadd jeżerċita d-dritt tal-vot u jivvota le – le għal-kaċċa fir-Rebbiegħa.