Lokali

Titwaħħal bandiera tal-Palestina mal-Kulleġġ San Alwiġi

Matul il-ġurnata ddendlet bandiera favur il-Palestina f’kantuniera tal-bini tal-Kulleġġ San Alwiġi f’Birkirkara.

Persuna li bagħtilna dan ir-ritratt spjega li l-bandiera qed tnissel biża’ fost l-istudenti, il-ġenituri tagħhom u l-ġirien minħabba l-biża ta’ ritaljazzjoni.

Imma fil-verità din il-bandiera ma kienet xejn ħlief sinjal li fil-post qed tiġi organizzata laqgħa multi-kulturali.

Filfatt kienu l-istess organizzaturi li dendlu din il-bandiera biex dawk li kienu se jattendu jkunu jafu fejn qed issir il-laqgħa.